24
02
2009
Antonio Mifsud u Camilleri Cauchi – bix- xogholijiet taghhom fl- Europa
Posted by: Emmanuel Caruana in Antonio Mifsud| Xogħlijiet ta’ żewġ artisti Maltin intagħżlu minn ġurija internazzjonali biex jiġu esebiti fil-Parlament Ewropew bħala parti minn esebizzjoni li qed tittella’ fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali. L-attivita’ giet organiżżata mill-grupp politiku tal-ALDE (l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa), li huwa t-tielet l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Betlem u l-uffiċċju rappreżentattiv tal-Italja għall-Kummissjoni Ewropea | ![]() |
| Kien f’Ottubru li għadda li l-kuratur ta’ din l-esebizzjoni artistika Dr Sergio Basile bagħat invit lill-Ambaxxata Maltija fl-Italja biex tinnomina żewġ artisti biex jirrappreżentaw lil Malta f’din il-wirja. L-istedina ġiet mgħoddija lis-Segretarju tal-“Għaqda Ħbieb tal-Presepju” ta’ Malta Charles Bellia li kkuntattja lill-artisti Maltin Aaron Camilleri Cauchi u Antonio Mifsud biex jipparteċipaw f’din l-esebizzjoni. | ![]() |
| Ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Camilleri Cauchi u Mifsud ġew esebiti f’wirja ffurmata minn 350 biċċa xogħol tal-arti ta’ 250 artist differenti mill-Ewropa u l-Lvant Nofsani. Dawn ġew esebiti għal xahar sħiħ fir-reġjun Taljan tal-Kalabrija bħala parti mis-sitt edizzjoni tal-”International European Crib Exhibition” biex minn fosthom imbagħad intagħżlu l-aħjar disa’ artisti biex jesebixxu l-arti tagħhom fil-bini tal-Parlament Ewropew. | |
| Iż-żewġ artisti Maltin – it-tnejn li huma – intagħżlu mill-ġurija esperta biex ikunu fost id-disgħa li jesebixxu l-iskulturi tagħhom. Is-seba’ artisti l-oħra li ntagħżlu kienu mill-Italja (Kalabrija u Napli), il-Palestina, ir-Rumanija, Spanja u r-Repubblika Ċeka. | |
| Mhux talli hekk, imma talli waħda miż-żewġ skulturi Maltin – dik tal-artist Aaron Camilleri Cauchi, rebħet waħda mit-tliet kategoriji ta’ din l-esebizzjoni – dik tal-iskultura. Iż-żewġ kategoriji l-oħra kienu għall-presepji u l-ikoni. Wara li l-iskultura tiegħu ġiet iġġudikata bħala l-aħjar skultura tal-wirja, Camilleri Cauchi ġie ppremjat mill-membru parlamentari Ewropew Vittorio Prodi. | |
| Camilleri Cauchi tqabbad ukoll jagħmel skultura biex tiġi ppreżentata bħala tifkira lill-Viċi President tal-Parlament Ewropew Mario Mauro, li taħt il-patroċinju tiegħu u tas-Sindku tal-belt ta’ Betlem Victor Batsrseh, ittellgħet din il-wirja. | |
| Preżenti għaċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja, li saret fid-29 ta’ Jannar fil-Parlament Ewropew, kien hemm diversi ewro parlamentari Taljani fosthom Luisa Morgantini, Marco Pannella u Elizabetta Gardini. | |
Entries (RSS)

April 11th, 2010 at 5:07 pm
Замечательно, очень полезное сообщение…
……
May 20th, 2010 at 9:06 am
неасилил…
……
June 29th, 2010 at 8:00 pm
Buy:Zithromax.Super Active ED Pack.Viagra Super Active+.Tramadol.Cialis.Soma.Maxaman.Viagra Professional.Viagra.Viagra Super Force.Cialis Soft Tabs.Cialis Professional.Propecia.VPXL.Levitra.Viagra Soft Tabs.Cialis Super Active+….